Ġiet fit-tmiema l-avventura ta’ Balzan FC fil-UEFA Europa Conference League hekk kif aktar kmieni llum huma ma’ rnexxielhomx idawwru r-riżultat ta’ 2 – 0 tal-ewwel leg kontra Neman Grodno.
Il-konfront tat-Tlieta filgħaxija ma’ offra ebda gowl biex Neman Grodno għamluha għar-rawnd li jmiss b’aggregate ta’ 2-0. Il-konfront kien ikkontrollat minn Ioannis Papadopoulos tal-Greċja.
Fil-partita ta’ llum Balzan FC qasmu l-logħob tajjeb ħafna mat-tim avversajru u kien hemm anke xi mumenti fejn t-tim Malti kien qed igawdi l-maġġoranza tal-pussess għalkemm ebda tim ma’ kien perikoluż lejn il-lasti rispettivi.
Minkejja l-inizjattiva, Balzan FC qatt ma rnexxielhom jkunu ferm perikolużi u eventwalment isibu l-lasta avversarja biex b’hekk ġew eliminati fit-tieni rawnd ta’ kwalifkazzjoni tal-kompetizzjoni.