Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat deċiżjoni mit-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent fejn ma laqgħetx applikazzjoni għal proġett ta’ żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien fil-Qala.
B’hekk din l-art se tibqa’ mhux mittiefsa u għand in-nies.
Fl-2016, l-Awtorità tal-Ippjanar unanimament waslet għal deċiżjoni biex ma toħroġx permess għal żvilupp.
B’reazzjoni Gozo Prestige Hotels appellaw minn din id-deċiżjoni quddiem it-tribunal.
Il-proġett ta’ żvilupp kien immiratt li jiżviluppa 103,000 metru kwadra ta’ art biex jinkludi 25 villa, 60 appartament u lukanda fost oħrajn.
Intant, permezz ta’ Tweet, il-Prim Ministru Robert Abela, laqa’ din id-deċiżjoni, li r-rappreżentanti u l-membri fi ħdan il-Partit Laburista, tant ħadmu għaliha.
I welcome the decision that confirms our consistent position against development in Ħondoq. Heartfelt thanks to @PL_Malta representatives & activists who worked tirelessly for this cause. Our approach towards a transition will also strengthen the respect for green principles. -RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) August 1, 2023
Il-Partit Laburista wkoll, permezz ta’ stqarrija, nnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li kkonfermat id-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ippjanar dwar li m’għandux isir żvilupp f’Ħondoq ir-Rummien.
Il-Partit Laburista jirringrazzja lir-rappreżentanti tiegħu, partikolarment Paul Buttigieg, is-Sindku tal-Qala u attivisti oħra, li tul is-snin ħadmu bla heda biex jipproteġu dan is-sit f’Għawdex.