Sqalli ta’ tmintax-il sena, inħeles mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin, wara li ammetta l-ħtija b’rabta ma’ serq aggravat minn hostel f’San Ġiljan jumejn ilu.
Iż-żagħżugħ, inqabad jisraq flus kontanti minn ġol-cash tal-hostel li kien residenti fiha, mill-kameras tas-sigurtà.
Minħabba l-fatt li l-imputat għandu fedina penali netta u l-ammont li seraq mhux kbir, il-Prosekuzzjoni appellat għal sentenza minima.
Id-difiża qablet ma’ din it-talba, u spjegat li l-imputat ġie f’pajjiżna b’rieda tajba u biex jaħdem, għaliex is-sitwazzjoni f’pajjizu mhix faċli.
Ritratt: Talk.mt