Ir-ritratti xi kultant ma jkollhom bżonn ebda deskrizzjoni għax bil-viżiv tagħhom jgħidu storja. Kif jagħmlu propju dawn ir-ritratti. Ritratti li jixhdu l-emozzjoni tal-familjari tas-suldati li jmorru jiġġieldu f’isem pajjiżhom u warajhom iħallu lil dik l-omm, lil marthom jew xi ċkejken fil-ġuf.
Familjari u ħbieb u jagħtu t-tama u l-kuraġġ lil dawn is-suldati biex jiġġieldu għal ħajjithom biex ikunu jistgħu jerġgħu jaraw lil dawk li tant huma għal qalbhom. Il-lenti tal-kamera rnexxielha tesprimi l-emozzjoni tal-mument li wara t-tbatija li għaddew minnha, x-xewqa tagħhom li jerġgħu jaraw lil qrabathom inbidlet f’realtà. Liema ritratti jġiegħluk verament tapprezza l-ħidma li jkunu għamlu u s-sagriffiċju għas-sigurtá ta’ ċittadini oħra.
Minkejja li s-suldati, l-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ta’ pajjiżna jaħdmu fuq skala iżgħar, xorta waħda jidħlu fin-nar għalina ċ-ċittadini biex joffrulhom sigurtá massima, u ta’ dan għandna napprezzaw.