Mara ta’ 64 sena welldet tewmin fi sptar fi Spanja. Liema trabi, b’xorti tajba, twieldu b’saħħithom. It-tewmin, tifel u tifla, twieldu bi proċedura ċesarja kif normalment jsir f’każi rari bħal dawn.
Filfatt it-tobba stqarru li dan huwa każ rari ħafna hekk kif mhux normali li mara ta’ dik l-etá jkollha tarbija u wisq anqas huwa normali li t-trabi jitwieldu b’saħħithom.
Iżda stqarru li l-proċedura ta’ twelid saret b’dedikazzjoni liema bħalha. Din mhux l-ewwel darba li din l-omm kellha tarbija fl-isptar Recoletas f’eta avvanzata hekk kif fl-2011, jiġifieri meta l-omm kellha 58 sena, welldet l-ewwel tifla tagħha.
Rapporti fil-gazzetta Spanjola, Diario de Burgos, intqal li l-ewwel wild ta’ din l-omm ttieħdet fil-kustodja tas-servizzi soċjali fl-2014 hekk kif ma bdietx tattendi l-iskola. Id-Direttur tal-isptar filfatt ikkonferma mal-midja li l-isptar qed jiddiskuti mas-servizzi soċjali jekk il-mara għandiex l-abiltajiet u r-riżorsi neċċessarja biex tieħu ħsieb lil dawn it-tewmin. Huwa stqarr li meta l-omm daħlet l-isptar fir-raba’ xahar ta’ tqala tagħha, l-isptar ma kellhu ebda għażla oħra ħlief li jieħu ħsieb lil din l-omm.
Il-mara kellha dawn it-tewmin wara li għamelt l-IVF fl-Istati Uniti.