Attentat ta’ grupp ta’ studenti Vjetnamiżi, biex isalpaw lejn Franza b’passaporti foloz, sfaxxa mix-xejn, grazzi għal intervent f’waqtu mill-Pulizija Maltija.
L-istudenti, li għandhom 18 u 23 sena, ġew f’pajjiżna għal kors tal-Ingliż ta’ erba’ xhur.
Fil-Qorti ġie spjegat kif il-Pulizija ingħatat indikazzjoni li dawn l-istudenti kienu se jippruvaw itiru lejn l-Ewropa, wara li ġew f’Malta b’visa.
Bħala parti mill-investigazzjoni, il-Pulizija identifikat total ta’ 160 student li bħalissa jinsabu f’Malta, u ġabret il-passaporti tagħhom.
Huma lkoll ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u ingħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs, mill-Maġistrat Victor Axiak.