Raġel ingħata sentenza sospiża wara li nstab ħati li ta daqqa tas-sieq lis-sieħba tiegħu f’rasha ħames snin ilu.
L-inċident seħħ f’residenza f’Wied il-Għajn, fejn waqt argument li kellhom il-koppja, ir-raġel qabad lis-sieħba minn xagħrha, tefagħha mal-art, qabeż fuq il-kustilji tagħha, u ta daqqa ta’ sieq f’rasha.
Fil-fatt, minkejja li qasmilha rasha, meta hi talbet għall-assistenza medika, hu rrifjuta u qal li ma kellhiex bżonn.
Ħafja, hija ħarbet mid-dar u marret għand ħabiba tagħha, li ċemplet lill-Pulizija u talbet l-assistenza medika.
Il-Maġistrat Stafrace Zammit, qalet li l-verżjoni tal-mara baqgħet konsistenti.
Il-Qorti kkundannatu għal sentejn sospiżi għal erba’ snin, filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara għal 3 snin.