Il-General Workers’ Union laqgħet l-impenn tal-Gvern li jinvesti aktar b’mod immedjat iżda anki biex isir aktar malajr il-pjan ta’ investiment fid-distribuzzjoni tal-elettriku.
F’kummenti wara l-laqgħa tal-MCESD, is-Segretarju tal-GWU Josef Bugeja saħaq ma’ ONE News li kienet laqgħa ferm pożittiva u l-imsieħba soċjali kollha kienu t’appoġġ għall-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli fuq il-pjan tagħhom għall-enerġija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Vella nnota li saru spjegi tekniċi dettaljati anki mill-Enemalta u l-ħidma bla heda li saret fir-rigward tal-għoti tal-provvista tal-elettriku.
Il-GWU sostniet li lil hinn minn dan irridu nħarsu ’l quddiem lejn ir-realtajiet li qegħdin magħna dwar it-tibdil fil-klima.
AQRA WKOLL: