Il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Scehmbri, żar is-settur teknoloġiku ta’ M. Demajo Group fejn osserva l-ħidma għaddejja favur l-investiment tad-diġitilizzazzjoni u l-frott li dan is-settur qed iħalli fil-qasam diġitali.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Gvern hekk kif ġie spjegat li s-settur tekonoloġiku ta’ M. Demajo Group li huwa magħmul minn Exigy, IOTSolutions, CSLdata center, Newtech u smart Techonologies qed joffru faċilitajiet ta’ Data Centre, żvilupp u ħolqien ta’ prodotti tekonoloġiċi, sistemi ta’ Cloud u intelliġenza artifiċjali fost oħrajn.
Dawn is-servizzi qed jgħinu lil pajjiżna biex jilħaq livell għoli fil-qasam diġitali.
Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru Silvio Schembri nnota kif dawn il-grupp ta’ kumpaniji qed jesperjenzaw tkabbir ekonomiku b’saħħtu hekk kif it-dħul tagħhom żdied minn €14.6 miljun ewro fl-2012, għal- €41 miljun is-sena li għaddiet.
Barra minn hekk dawn il-grupp ta’ kumpaniji qed jgħinu fl-iżvilupp ta’ negozji oħra Maltin Ii joperaw f’pajjiżna sabiex jgħaġġlu il-proċess tat-trasformazzjoni diġitali.
Minn naħa tiegħu l-Ministru Silvio Schembri nnota li l-ikbar tkabbir li esperjenzaw dawn il-kumpaniji kien waqt il-pandemija; fejn żdied bil-kbir il-bżonn ta’ servizzi diġitali biex b’hekk il-pajjiż irkupra aħjar u għalhekk kien iktar reżiljenti.
Intant, il-kapijiet eżekuttivi mmexxija minn JJ Miceli Demajo, spjegawli l-bidla ekonomika li esperjenzaw mill-2012 wara d-direzzjoni li ħa l-Gvern favur dan is-settur wassal għal tkabbir ekonomiku sostanzjali u konsegwentament kisbu miri ġodda.
Qal, “The shift in mentality in how the economy is changing and this has enabled us to gain more and more over the years”
“Il-bidla fil-mentalità ta’ kif l-ekonomija qed tinbidel ħallietna niksbu iktar u iktar tul is-snin”