Anzjan ta’ 80 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien nieżel minn taraġ li jagħti għall-bejt.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja f’kunvent fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat.
Il-Pulizijia mill-ewwel marret fuq il-post filwaqt li tim mediku u ambulanza assistew lill-anzjan li aktar tard ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura u fejn ġie ċċertfikar li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.