Għall-anzjani fl-Ewropa, il-mewġa ta’ sħana li laqtet lill-kontinent hija l-imxija tal-Covid-19 il-ġdida.
Hekk ġie rappurtat fuq is-sit awtorevoli Amerikan, The New York Times.
Temperaturi għolja u temp estrem ħafna fl-Ewropa, bl-epiċentru jkun il-qalba tal-Mediterran qed ikun ta’ tħassib qawwi speċjalment għas-saħħa ta’ persuni vulnerabbli bħall-anzjani.
L-appelli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa f’pajjiżi differenti huwa biex l-anzjani jixorbu ħafna ilma u jieklu ikel frisk.
Dan ingħad anki f’Malta hekk kif l-anzjani fid-djar tagħhom kienu fost l-aktar milquta mis-sħana.
Il-mewġa tas-sħana wasslet ukoll għal qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’diversi pajjiżi u dan kollu għamel l-affarijiet iżjed diffiċli.
Fl-isptar ta’ Cardarelli f’Napli, l-aħħar darba li daħlu daqshekk pazjenti f’daqqa kien waqt il-pandemija.
Fil-fatt kien hemm mal-231 pazjenti li daħlu fl-emerġenza ta’ dan l–isptar f’lejla waħda biss.
Mal-kwart ta’ dawk li daħlu fl-isptarijiet fl-Italja kien minħabba l-mewġa ta’ sħana.