Persuni favur il-kolp ta’ stat fin-Niġer, attakkaw il-kwartieri tal-partit tal-President.
Huma taw in-nar lill-kwartieri, u lill-karozzi fuq barra, kif ukoll waddbu l-ġebel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’attakk simili qrib il-Parlament, dehru saħansitra bnadar tar-Russja.
L-armata issa qed turi s-sapport tagħha lir-truppi li ħatfu lill-President Mohamed Bazoum nhar l-Erbgħa.
Ir-Russja u n-Nazzjonijiet Uniti huma fost dawk li appellaw għall-ħelsien tal-President.
Il-President, għandu 64 sena u ġie elett sentejn ilu.