Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, il-passiġġiera li waslu Malta bil-cruiseliners qabżu l-225,000 b’żieda ta’ kważi 88,000 passiġġier, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Dan ħareġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wriet ukoll li din iż-żieda ġiet irreġistrata minkejja li kien hemm nuqqas ta’ erba’ vapuri mis-sena l-oħra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn din l-istatistika ħareġ ukoll li kważi nofs il-passiġġiera ġew minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.