Meta din il-ġimgħa kompla l-logħob mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-Boċċi, Għaxaq komplew bil-mixja pożittiva tagħhom hekk kif rebħu l-konfront kontra l-eqreb rivali Żebbuġ bl-iskor ta’ 21-6 u issa jinsabu punt biss minn post fil-play-offs.
F’logħob ieħor, Msida barra minn darhom għelbu lil Birżebbuġa bi skor ta’ 21-3 biex qed jaqsmu it-tieni post tal-klassifika flimkien ma’ Żebbuġ.
Birgu għadhom fir-raba’ post hekk din il-ġimgħa għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 21-15.
F’riżultati oħra:
Lija 3-21 Buġibba
Żurrieq 21-5 St Peters Boċċi Klabb Żabbar
Marsamxett 21-7 Qormi San Bastjan
Kompla wkoll il-logħob mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, bil-logħba bejn il-leaders Bormla u t-team ta’ Żejtun tiddomina il-fixtures. Kienu Żejtun li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 21-14. Minkejja t-telfa Bormla baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika filwaqt li Żejtun jinsabu fit-tielet post.
F’riżultati oħra:
Floriana 1-21 Luqa
Sta Lucia 17-21 Fgura
Cospicua Rangers 21-17 Żabbar
Kalkara 12-21 Thalassalejn
Intant il-Ħamis filgħaxija, fil-pitch tal-Qrendi, se tintlagħab il-finali tal-play off tat-3 Diviżjoni bejn San Gwann u Santa Venera. Iż-żewġ timiiet diġa kisbu l-promozzjoni għat-2 Diviżjoni.