Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista sostniet li l-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament tilef ir-raġuni u qatta’ l-kuntratt li wassal għall-kontijiet orħos u arja nadifa.
It-temperament ta’ Simon Busuttil mhuwiex differenti minn min qal fl-istess Parlament li lest jivvota bil-qalb biex jgħolew il-kontijiet, qal il-PL.
L-istqarrija temmet tgħid li r-rabja ta’ Busuttil turih bħala politiku rrabjat u li qed jitlef l-argumenti kollha.