Temp estrem differenti laqat lill-Italja.
It-Tramuntana tal-Italja ntlaqtet minn silġ u riħ qawwi tant li tqaċċtu siġar u saru ħsarat estensivi f’binjiet.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fin-Nofsinhar tal-Italja, fosthom Sqallija, mewġa qawwija tas-sħana mhux biss qatgħet il-provvista tal-elettriku iżda anki kkawżat nirien qawwija, fosthom f’Palermu.
Rapport tal-BBC jgħid li fit-Tramuntana tal-Italja, silġ daqs ballun tat-tennis weġġa’ lin-nies.
Min-naħa l-oħra, fi Sqallija nofs il-vetturi tat-trasport pubbliku waqfu jaħdmu minħabba li saħnu ferm u kien impossibbli li jibqa’ għaddej l-operat tagħhom.
Oħrajn kellhom jitfu l-arja kundizzjonata biex jibqgħu almenu jkunu ta’ servizz.