Waqt li jinsab fl-Istati Uniti għal numru ta’ laqgħat, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg kellu bosta laqgħat fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-Ministru Ian Borg beda b’laqgħa mal-President attwali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Csaba Kőrösi. Matul din il-laqgħa, kienu diskussi b’mod partikolari l-eżitu tal-Presidenza ta’ Malta matul Frar li għadda u x-xogħol tal-Assemblea Ġenerali biex dan ikompli jiġi sostnut.
Fit-tieni laqgħa, il-Ministru Borg flimkien mad-delegazzjoni Maltija ltaqgħu ma’ Dennis Francis, it-78 President tal-Assemblea Ġenerali, jiġifieri l-President tal-Assemblea Ġenerali li jmiss.
Apparti li kienu diskussi t-temi u l-ħidma li qed issir għall-Assemblea Ġenerali ta’ Settembru li ġej, li għaliha jattendu l-mexxejja tal-pajjiżi, ġiet diskussa wkoll il-kollaborazzjoni li tista’ ssir bejn il-Presidenza ta’ Dennis Francis u l-Presidenza Maltija tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f’April tas-sena d-dieħla. L-għan huwa biex iż-żewġ presidenzi jikkumplimentaw lil xulxin fil-ħidma tagħhom.
Id-delegazzjoni Maltija kellha laqgħa wkoll mas-Segretarjat tal-Kumitat 1267 tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan huwa l-Kumitat tas-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida u t-Taliban. Hawnhekk id-delegazzjoni setgħet tifhem aktar mill-qrib l-irwol importanti ta’ dan il-kumitat u x-xogħol li qed iwettaq. Dan għall-fatt li r-Rappreżentanta Permanenti Maltija Vanessa Frazier hija preżentament iċ-chair ta’ dan il-kumitat.
Il-Ministru Borg jinsab akkumpanjat tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Glenn Bedingfield u mill-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin, Beppe Fenech Adami,