Iż-żewġ ajruporti ewlenin fi Sqallija, dak ta’ Katanja u Palermu ngħalqu hekk kif kompliet il-mewġa tas-sħana qawwija, bl-epiċentru tagħha jkun il-Mediterran, fosthom anki l-gżejjer Maltin.
L-ajruport ta’ Katanja ilu magħluq għal aktar minn ġimgħa wara nirien u issa kellu jingħalaq għal xi sigħat dak ta’ Palermu minħabba qtugħ tad-dawl.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-midja fi Sqallija, fosthom Cataniatoday qed tgħid li l-gżira kbira Taljana tinsab ipparalizzata u maqtugħa kompletament bin-nuqqas ta’ titjiriet lejn u minn żewġ ajruporti prinċipali.
Il-mewġa ta’ sħana jirriżulta li ħarbtet anki l-andament turistiku fil-gżira.
Dan ġara wkoll fuq il-gżira Griega ta’ Rodi hekk kif bosta turisti ġew evakwati minħabba nirien qawwija li ħakmu l-gżira.