Il-Pulizija qed tfittex raġel b’konnessjoni mal-qtil ta’ żewġ tfajliet li kellhom 14 u 13-il sena minn Indiana. It-tfajliet instabu t-Tlieta li għadda wara li marru mixja flimkien. Raġel, li fuq kamera tas-sigurtà deher miexi l-istess passaġġ ftit tal-ħin wara qed jiġi mfittex, bil-Pulizija toħroġ ritratt uffiċjali tas-suspettat.
Il-Pulizija li mal-ewwel qalet li dan hu każ ta’ omiċidju qed jinvestigaw biex forsi jsolvu dan il-każ tant sfortunat, li ħalla żewġ tfajliet mejtin.
Kienu voluntiera li bdew jgħinu waqt it-tfittxija li sabu lil Liberty German u Abigail Williams ftit ‘il bod minn fejn l-aħħar intlemħu.
Il-Pulizija sostniet li s’issa m’huma qed iżommu lil ħadd b’konnessjoni ma’ dan il-każ iżda qed jittamaw li xi ħadd mill-pubbliku jidnetifika lir-raġel fir-ritratt jew li jmur hu stess l-għassa sabiex jgħin fl-investigazzjoni.