Ir-Russja akkużat lill-Ukrajna li kienet il-moħħ wara attakk bid-drones fil-kapitali Moska fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu.
Dan l-attakk ikkawża ħsarat estensivi f’żewġ binjiet.
Il-Ministeru tad-Difiża Russu qal li ż-żewġ drones ġew ikkontrollati u fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-attakk imsejjaħ terroristiku.
L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat tar-Russja rrappurtat li drone wieħed waqa’ qrib ħafna tal-ministeru tad-difiża.
Is-Sindku ta’ Moska Sergei Sobyanin qal li l-binjiet ma ġarrbu l-ebda ħsara kbira.
Moska ilha takkuża lill-Ukrajna b’għadd ta’ attakki bid-drones għal ammont ta’ xhur però l-Ukrajna qatt ma ħadet l-ebda responsabbilità.
Dan l-inċident seħħ ġurnata waħda biss wara li r-Russja reġgħet attakkat il-belt ta’ Odesa bil-missilli u qerdu l-Katidral storiku tat-Trasfigurazzjoni.