Xenata li drajniha. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għal darb’oħra telqet ‘l barra mill-Parlament. Din id-darba waqt li l-Parlament qiegħed jiddibatti s-settur tal-enerġija, wara mozzjoni tal-Oppożizzjoni stess.
Minkejja li l-Oppożizzjoni bħalissa mistennija tiddibatti, għażlet li titlaq ‘l hemm meta qed jitkellem il-Ministru Konrad Mizzi. Biex b’hekk il-parteċipazzjoni tal-Oppożizzjoni ma tistax tkun waħda informata, imma bbażata fuq pożizzjonijiet li mhix bi ħsiebha tibdel.
intant Konrad Mizzi talab lill-Simon Busuttil jgħid fejn tinsab il-korruzzjoni.