Fl-Italja, u pajjiżi oħra, is-sħana estrema u d-distribuzzjoni tal-elettriku, huma wkoll fuq l-aġenda nazzjonali.
L-Italja wkoll qed tilħaq livell ta’ konsum qawwi ħafna u fuq l-istazzjonijiet Rai, fost oħrajn, din qed tkun waħda mit-temi ewlenin diskussi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Anke fl-Isqallija l-pressjoni hi kbira, bit-tekniċi jgħidu li d-domanda, b’mod partikolari riżultat ta’ apparat li jkessaħ, hija fost l-iktar li qed titfa’ pressjoni. Uffiċjali ta’ kumpaniji tal-enerġija tkellmu dwar dan u l-effetti li s-sħana qed tħalli fuq l-infrastruttura.
Anke l-Belt Kapitali Taljana Ruma nltaqtet minn qtugħ ta’ dawl, kif ukoll Milan.