Is-Sibt, il-Qorti ma laqgħetx ir-rikors li ressqu żewġ żviluppaturi, Matthew Schembri u Kurt Buhagiar, li l-arrest tagħhom kien illegali.
Iż-żewġ persuni huma fost il-ħames persuni li ġew arrestati lbieraħ filgħaxija dwar il-każ ta’ Jean Paul Sofia, wara li ngħalqet l-inkjesta Maġisterjali.
Fil-Qorti, il-Maġistrat Ian Farrugia f’digriet mogħti dwar il-validita tal-arrest taż-żewġt irġiel intqal li l-arrest tal-iżviluppaturi huwa skont il-liġi u għalhekk m’għandhomx raġun fit-talba tagħhom.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Paul Camilleri, waqt li kien assistit mill-avukati tal-Avukati Ġenerali, Philip Galea u Abigail Caruana Vella. Waqt li l-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi u Jacob Magri dehru għal Schembri u Buhagiar.
AQRA AKTAR: