Raġel ta’ 34 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu fi Triq Burmarrad.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li tilef kontroll tal-karozza u ħabat ġo ħajt.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku li ħa l-vittma l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.