Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-pubblikazzjoni tal-kuntratti tal-enerġija huma bla preċedent, għax fi proġetti oħra li għamel il-gvern Nazzjonalista – bħal dak tal-MIA u taċ-ċilindri tal-gass – ma jistgħux jiġu pubblikati. Hemm kuntratti oħra bħall-Maltco, li anke anke jekk tiġi biex tieqaf, ma jistax jippublikah minħabba sensittivitajiet kummerċjali.
Huwa qal li l-kuntratti tal-enerġija li ppublika l-Gvern huma kollha kemm humka u t-tnaqqis huwa mnaqqas għal minimu minħabba s-sensisttiva kummerċjali.
Joseph Muscat qal li d-dibattitu wera nuqqas ta’ għarfien ċar ħafna li għandhom membri tal-Oppożizzjoni dwar l-enerġija. Ikkritikaw li t-tariffi roħsu minkejja li kienet għadha mhix lesta l-power station iżda dan ġara għax il-Gvern għandu pjan ħolistiku, għax ma jiddependix minn sors wieħed. Tant hu hekk li l-proġett rebaħ premju Ewropew.
In-Nazzjonalisti qalu li l-power station ma kienx hemm bzonnha u li l-kontijiet raħsu għax kien hemm l-internconnector.
Staqsa għax ma raħħsuhomx huma jew ma wegħduhomx fil-manifest elettorali tagħhom. Kienu jgħidu li mpossibbli u l-aktar li seta’ jsir kien li tixgħel il-magna tal-ħasil bil-lejl. Illum in-nies jafu li l-kontijiet ilhom li raħsu.
Il-Prim Ministru qal li n-Nazzjonalisti qed jgħidu li l-power station m’għandniex bżonnha u li hija korruzzjoni. Hawnhekk sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiżvela ta’ min hi t-tielet kumpanija tal-Panama u ma jkomplix jimplikah. “Mhux lest inħallih jibqa’ jaġixxi b’dan il-mod irrisponsabbli!”
Qalu li l-power station hija ħela, kapriċċ u li hemm il-korruzzjoni, osserva l-Prim Ministru
Il-Prim Ministru qal li kellna qtugħ tal-provissta tal-elettriku darbtejn min-naħa Taljana għax il-maltemp qata’ l-interconnector u ħalla nofs Malta bla dawl.
Muscat qal li Malta se jkollha kapaċità żejda kif titlob id-direttiva tal-Unjoni Ewropea biex inkunu “self sufficient”. Malta għandha l-akbar tkabbir ekonomiku u l-ewwel ħaġa li l-investituri jitolbuh meta jiltaqgħu miegu huwa li jkollna s-“security of supply”.