Il-prodott tar-ritratt m'għandux jiġi kkunsmat minħabba riskju li partijiet minnu jinkisru u jwasslu għal soffokazzjoni. Dan intqal fi stqarrija mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002.
Dan il-prodott jittiekel bħal-lolipop; il-parti ta’ fuq tinħall minn mal-kumplament tal-kontenitur u mal-għatu ssib lolipop li tista titniżżel fil-parti t’isfel, fejn ikun hemm trab ħelu. Il-parti li titniżżel fit-trab ħelu tista tinkiser minn mal-għatu u jinħoloq ir-riskju li partijiet tal-plastik laxki/miksurin jispiċċaw f’ħalq it-tfal. Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel fuq: 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.