Nhar it-Tnejn, 24 ta’ Lulju, wieħed se jkun jista’ jikseb il-biljetti għall-kunċert ta’ Christina Aguilera, li se jsir f’pajjiżna bħala parti mill-EuroPride Valletta 2023.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-EuroPride fuq Facebook, ingħatat l-informazzjoni dwar il-biljetti, li għalkemm b’xejn, wieħed għandu għażla għal żewġ tipi ta’ biljetti.
L-ewwel biljett jagħti aċċess għall-kunċert tal-EuroPride 2023, filwaqt li t-tieni biljett jagħti aċċess anki għall-parata li se ssir qabel biex imbagħad wieħed ikun jista’ jibqa’ sejjer il-kunċert.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=pfbid0xak6gNUa9NxozmQBX6mjfbba9jw8QVbph9Ykyrx8gMgVWZJ6PVmXj95E4344vAbsl&id=100064760376793 biex jikseb il-biljetti mit-Tnejn li ġej.