Żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti għall-NK Maribor kontra Birkirkara raw lil-Stripes jiġu elimanti mill-ewwel rawnd ta’ kwlifikazzjoni tal- UEFA Europa Conference League. Fl-ewwel leg barra minn xtutna l-partita kienet intemmet fi draw ta 1-1.
Il-partita ntlagħbet fis-Centenary Stadium f’ Ta’ Qali u bdiet fil- 17:00.
Kienu t-tim ta’ Birkirkara li ħarġu tajjeb fl-ewwel taqsima u ta’ dan kienu ippremjati bil-goal tal-vantaġġ fid-dsatax il-minuta meta huma kien mgħotija penalty wara foul fuq Andrei Cioclacu fil-kaxxa bir-referi Slovakk Martin Dohal ordna l-penalty. Inkariga mill-penalty Yannick Yankam li tefa’ l-ballun fix-xibka u l-iStripes fil-vantaġġ.
It-tim Karkariż taħt t-tmexxija tal-assistent coach Brian Chetcuti fl-assenza tal-kowċ Giovanni Tedesco, li kien qed jiskonta sospensjoni, għarfu jikkontrollaw dan l-vantaġġ u daħlu jistrieħu gowl minn fuq.
Is-sħana qalila bdiet tagħmel tagħha u fl-aħħar parti ta’ tieni taqsima t-tim ta’ Birkirkara naqqas f’dak li huwa ritmu u bħall- krolla u hawnhekk kienu NK Maribor li rnexxilhom jiskorjaw darbtejn u b’hekk kien huma li għamluha għar-rawnd li jmiss.
Kien l-ewwel fit-tmenin minuta meta s-sostitut Arnel Jakupovic sab x-xibka u għamel l-iskor 1-1.
Hekk kif il-partita dehret li kienet qed toqrob lejn il-ħin barrani, żewġ minuti mid- disgħin minuta kien sostitut ieħor Xhuliano Skuka li sab x-xibka u biddel telfa f’rebħa għat-tim Sloven.
Skor Finali – Birkirkara 1-2 NK Maribor.
NK Maribor għaddew b’aggregate ta’ 3-2.
Fir-rawnd li jmiss NK Maribor ser ikunu qed jilgħabu kontra Differdange tal-Lussemburgu.