3 passiġġieri abbord ajruplan tal-Air Malta, li kienu se jtir lejn Ruma, mtolfu minn sensihom il-Ħamis waranosinhar, kawża ta’ sħana kbira.
L-Air Malta spjegat li t-titjira KM614, li kellha titlaq għall-ħabta tas-1.20 pm, iżda ma setgħetx ittir hekk tliet passiġġieera ħasshom ħażin qabel mal-ajruplan telaq minn Malta.
Fi stqarrija ntqal li l-inċident seħħ minħabba temperaturi estremi, hekk kif Malta bħalissa għaddejja minn mewġa ta’ sħana.
L-Air Malta żiedet tgħid li l-passiġġieri kollha tniżżlu minn fuq l-ajruplan u ttieħdu lura fl-ajruport. Huma ngħataw ukoll x’jixorbu qabel jitilqu minn Malta.
L-istqarrija kkonfermat li t-tijira KM614 minn Malta lejn Ruma, u viċe-versa qegħdin jesperjenzaw dewmien.