Raġel ta’ 48 sena tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari wara li pprova jinżel minn fuq il-bejt għall-gallarija tad-dar tiegħu minħabba li ssakkar barra.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqali li l-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza sabiex jassistu, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.