Ir-Russja qerdet madwar 60,000 tunnellata ta’ qamħ, f’attakk bil-missili.
L-attakk sar fuq maħżen fil-kosta tal-Baħar l-Iswed, u bdew fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu.
Dan seħħ ftit jiem wara li r-Russja ħarġet mill-ftehim mal-Ukrajna dwar il-qamħ, wara li l-President Putin akkuża lil Punent b’rikatt.
Min-naħa tiegħu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky, fisser din il-qerda ta’ 60,00 tunnellta ta’ qamħ bħala attakk fuq id-dinja kollha, li qed taħdem għall-ħajja sigura u normali.