“Ir-riserva qegħda kritika. Pazjenti li ser isirulom l-operazzjonijiet u pazjenti morda bil-kanċer jistgħu ma jieħdux id-demm meħtieġ fil-ħin.”
Dan il-messaġġ wasslu s-Servizz Nazzjonal tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Barra A positive u O positive, il-gruppi l-oħra huma meħtieġa ukoll.
Iċ-Ċentru miftuħ kuljum mit-8am sas-6pm. Tinsiex tieħu miegħek il-karta tal-identità, u tista’ ċċempel biex ikun ipprovdut trasport minn u lejn id-destinazzjoni mixtieqa wkoll. In-numri huma 79307307 jew Freephone 80074313.