Balzan għamluha għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League meta l-bieraħ filgħaxija fic-Centenary Stadium f’Ta Qali huma tilfu bl-iskor ta’ 3-1 u avvanzaw għar-rawnd li jmiss b’aggregate ta 5-4.
Fil-partita ta’ bieraħ kienu t-tim ta’ Domzale li fetħu l-iskor l-ewwel minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, meta kien Abraham Nnamdi Nwankwo li sab x-xibka.
L-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta 1-0.
Fit- 63 minuta NK Domžale għamlu l-iskor 2-0 din d-darba permezz ta’ Jost Pisek.
Għaxar minuti wara u l-logħba kompliet tiġi għat-telgħa għat-tim imexxi mill-kowċ Oliver Spiteri dan hekk kif Franko Kovačević għamel l-iskor 3-0.
L- aggregate skor sa tmiem d-disgħin minuta kien ta’ 4-4 u għalhekk il-partita kellha tmur għall- nofsija ta’ ħin barrani.
Fil-bidu ta’ l-ewwel taqsima tal-ħin barrani Balzan għamlu l-iskor 3-1 permezz ta’ permezz ta’ Andre Prates, bl-istess Prates ħalla lill-sħabu jilgħabu bi plejer anqas meta safa’ mkeċċi b’ żewġ karti sofor fi spazju ta’ ftit minuti.
Balzan għarfu jikkontrollaw l-aħħar ftit ħin tal-partita biex għaddew b’aggregate ta’ 5-4 u għamluha għar-round li jmiss.
Fit-tieni rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal- UEFA Europa Conference League Balzan ser ikunu qed jiffaċċjaw lill- Neman Grodo tal-Belarus jew FC Vaduz tal-Lienchestein li ser jkunu qed jilgħabu t-t-tieni leg tagħhom nħar il-Ħamis li gej. Fl-ewwel leg kienu t-tim mill-Belarus li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta 2-1.
Ritratt: Charisse Photography