Saliou Balde ta’ 27 sena mis-Senegal, baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li stupra mara Pollakka.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-mara kienet mingħaliha li kriet kamra fil-proprjetà tal-imputat fl-4 ta’ Lulju, waqt li kienet qed tivvjaġġa mal-Ewropa. Madankollu malli fl-10 ta’ bil-lejl waslet fil-proprjetà indunat li se tkun qed torqod fl-istess sodda mal-imputat.
Peress li kien tard bil-lejl il-mara aċċettat xorta li torqod hemm u kien hawn li l-imputat allegatament għamel l-avvanzi sesswali fuq il-mara u stupraha.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Madankollu l-Qorti ċaħdet din it-talba minħabba n-natura serja tar-reati u l-fatt li l-allegata vittma jonqosha tixhed. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.