Eġizzjan ta’ 29 sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li hedded b’sikkina lill-eks sieħba tiegħu li kienet tqila.
Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt fuq akkużi ta’ vjolenza domestika.
Filwaqt li wieġeb mhux ħati, l-imputat talab għall-ħelsien mill-arrest, madankollu l-Qorti ċaħdet din it-talba minħabba n-natura tar-reat u l-fatt li ma kellhiex il-komfort li jista’ jobdi l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara.