Ukren, li kien maħrub mill-awtoritajiet Taljani, inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie arrestat f’pajjiżna fuq talba ta’ estradizzjoni.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-ispettur Roderick Spiteri, ressqet lil Petro Palamar quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt wara li ġie arrestat bis-saħħa ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Italja.
Palamar, li juża wkoll l-isem ta’ Giorgi Tughushi, ma tax il-kunsens tiegħu li jirritorna l-Italja biex jiskonta sentenza ta’ tliet snin ħabs imposti fuqu u fuq ħamest irġiel oħrajn minn Qorti Kriminali f’Turin fl-elfejn u sbatax, għas-serq minn żewġ appartamenti.