Bħalissa, fuq il-Fosos tal-Furjana, għaddejjin l-aħħar preparamenti, għall-Isle of MTV, li jibda għall-ħabta tal-ħamsa.
Din il-ħmistax-il edizzjoni, mistennija tattira eluf ta’ persuni, kemm Maltin u kif ukoll turisti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
OneRepublic, Alesso, Tom Grennan u Mimi Webb huma fost l-artisti li din is-sena qed iżuru pajjiżna għall-Isle of MTV.
Barra minn hekk, l-Isle of MTV se jara wkoll il-parteċipazzjoni ta’ diversi artisti lokali fosthom the Busker, u Kevin Paul.