Professjonisti fil-midja se jgawdu minn att rivedut li se jipproteġihom iktar waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Iżda dan ma jimminax ir-responsabbilta u r-rabta b’kodiċi ta’ etika tal-ġurnalist innifsu.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal li filwaqt li huwa sodisfatt bl-emendi fil-liġi tal-istampa, xorta se jibqa’ jimbotta l-kodiċi ta’ etika u jfakka x’inhu id-dover tal-ġurnalist.