Waqt il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News illejla, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-inkjesta ġdida u trasparenti fil-każ Jean Paul Sofia, il-Gvern se jkun qed jibgħat messaġġ b’saħħtu li m’għandux x’jaħbi, irid ġustizzja, u qalbu tħabbat mal-familja Sofia.
Meta kien qed jikkummenta dwar l-aħħar żviluppi mħabbrin illejla, il-Ministru Bonnici, li ġej mill-kamp legali, saħaq li l-inkjesta Maġisterjali tibqa’ l-aqwa għodda biex wieħed jikseb ġustizzja, għax il-Maġistrat għandu poter li ħaddieħor m’għandu – dik li jixli lil xi ħadd ta’ xi ħaġa li jkun għamel u jirrispondi ta’ għemilu quddiem il-Qorti.
Huwa saħaq ukoll fuq l-ispeditezza u l-effiċjenza, għax il-ġustizzja trid issir.
Innota wkoll kif dak imħabbar mill-Prim Ministru llejla, juri trasparenza bin-nies li se jkunu qed imexxuha, bil-fatt li kulħadd jista’ jidħol għas-seduti u l-ġurnalisti jistgħu jirrapportaw, fl-istess waqt li l-familja se jkollha rwol attiv f’din l-inkjesta.
Isma’ l-intervista sħiħa mal-Ministru Owen Bonnici hawn taħt.