Id-deputat Nazzjonalista, Toni Bezzina, m’aċċetax l-istedina li jieħu sehem fil-programm Arena li ddiskuta l-iżvilupp li applika biex jagħmel f’ODZ.
Dan anke jekk l-istedina saritlu għal darba tnejn. Kien il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista li wieġeb għal Bezzina u qal li d-deputat mhux se jieħu sehem fil-programm.
Intant, Daphne Caruana Galizia m’aċċetatx li tieħu sehem f’Dissett fejn kienu diskussi allegazzjonijiet li għamlet hi fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona, kif ukoll il-passi li ħa l-sitess ministru.
Għall-istess programm kien mistieden il-Ministru Chris Cardona li aċċetta li jikkummenta tant li ħabbar li se jkun qed jitlob lill-qorti tisma’ l-libelli tiegħu fil-konfront ta’ Caruana Galizia b’urġenza.