Matul il-ġurnata tat-Tnejn Hibernians ħabbru r-ritorn tal-kowċ Branko Nisevic fit-tmun tat-tim Pawlist.
Għal Nisevic din ser tkun t-tieni avventura tiegħu mat-tim ta’ Hibernians wara l-esperjenza ta’ kważi għaxar snin ilu meta fl-istaġun 2012/2013 kien mexxa lit-tim minn Raħal Ġdid għal tlett staġuni.
Wara li rebaħ il-Kampjonat u anke s-Super Cup ma Hibernians, huwa kellu esperjenza qasira mat-tim ma’ Gzira United u ftit wara kien l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Malti.
Qabel ma inħatar kowċ ta’ Hamrun Spartans f’nofs l-istaġun 2021 / 2022, Nisevic kellu wkoll esperjenzi qosra ma’ Sliema Wanderers u Nadur Youngsters rispettivment.
Lil Hamrun Spartans mexxihom total ta 46 partita. Fost dawn l-partiti huwa irnexxilu jieħu l-punti massimi f’34 partita, ġie draw f’5 partiti, filwaqt li ħareġ fuq n-naħa t-telliefa f’ 7 partiti. Matul l-istaġun li għadda huwa rebaħ il-Kampjonat mal-stess Hamrun Spartans.