L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi llejla se jħalli Malta biex imexxi l-pellegrinaġġ annwali djoċesan għall-morda f’Lourdes, organizzat mill-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes. L-Isqof se jkun akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id-direttur spiritwali tal-UMTAL, u Patri Wistin Attard OFM Cap.
Għal dan il-pellegrinaġġ se jattendu 180 persuna: 48 pazjent, 64 pellegrin u 68 voluntier li jinkludu 5 tobba, 6 infermiera, 3 spiżjara u 7 studenti infermiera. Matul dawn il-jiem il-Maltin se jattendu diversi funzjonijiet reliġjużi, fosthom l-Adorazzjoni
Ewkaristika u l-purċissjoni ta’ filgħaxija magħrufa bħala l-Aux Flambeaux.
Għada t-Tlieta, 18 ta’ Lulju fit-8:30am, l-Isqof Awżiljarju se jiċċelebra quddiesa bil-Malti fil-Grotta tal-Madonna. Huma jaslu lura Malta nhar is-Sibt, 22 ta’ Lulju 2023.
Pazjenti, voluntiera jew pellegrini li jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza spiritwali f’Lulju tas-sena d-dieħla jistgħu jagħmlu kuntatt mal-UMTAL fuq info@umtalmalta.org. Għal iktar tagħrif żur umtalmalta.org