Mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa sofriet ġrieħi gravi filwaqt li raġel ta’ 56 sena residenti Birżebbuġa wkoll, weġġa’ ħafif, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku, fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, fi Triq Selmun.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kawasaki li fuqu kien hemm il-vittmi, u Renault Megane li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Imqabba.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.