Mill-bidu ta’ Settembru li ġej, il-Paroċċa ta’ Marija Reġina se tgħaddi f’idejn il-Kurja.
Fi stqarrija mill-Kurja ntqal li l-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda f’idejn Dun Anthony Fitzpatrick it-tmexxija pastorali u amministrattiva ta’ din il-paroċċa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din il-paroċċa tiġbor fiha madwar 2,750 persuna f’900 residenza.
F’din l-istqarrija, l-Arċisqof irringrazzja lill-Patrijiet Kapuċċini għal tant snin ta’ ħidma pastorali f’din il-paroċċa.