Fit-tieni ġurnata tal-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ tat-table tennis li qed isir fi Gliwice fil-Polonja, it-tim tal-Cadets kiseb l-ewwel rebħa tiegħu wara li għeleb lill-Iżlanda bl-iskor ta’ 3-2.
Ma kinitx logħba faċli għaż-żgħażagħ Maltin Neil Incorvaja, Oliver Farrin-Thorne, Sebastian Farrin-Thorne u Matthew Zammit li raw oppożizzjoni iebsa mill-Iżlandiżi iżda fl-aħħar mill-aħħar id-determinazzjoni u l-persistenza tagħhom ippremjathom.
Mill-banda l-oħra fil-Juniors, is-subien tilfu 3-2 kontra l-Latvja f’logħba fejn iż-żewġ naħat kienu viċin xilxin. It-tim magħmul minn Conrad Puli, Luke Bonello u Luke Fenech kienu żvinturati f’xi mumenti u dan effettwa r-riżultat finali.
Finalment it-tfajliet Maltin Anthea Cutajar, Rachel Mifsud u Sabine Darmanin ftit setgħu jagħmlu kontra l-Olanda hekk kif ġew megħluba 3-0.