Il-Ministru Carmelo Abela qal li matul is-sena li għaddiet tressqu l-qorti 346 persuna taħt it-18-il-sena dwar diversi offiżi.
Dawn jinkludu vjolenza kontra persuni jew uffiċċjali pubbliċi, theddid u nsulti, ksur ta’ bon ordni u paċi pubblika, feriti fuq persuni, ħsara volontarja, pussess ta’ droga, vjolenza domestika, offiżi kontra l-morali pubbliċi, serq, ilqugħ ta’ oġġetti misruqa u ksur tar-regolamenti tat-traffiku
Sadanittant, fi tweġiba oħra għal mistoqsija parlamentari, il-Ministru qal li kien hemm erba’ każi ta’ traffikar ta’ droga li oriġinaw minn barra l-pajjiż u li nstabu mal-wasla fl-ajruport ta’ Malta mill-Pulizija, assistiti minn Uffiċċjali tad-Dwana.
B’konnessjoni ma dawn il-każi, kien hemm seba’ persuni li ġew arrestati li kienu Ingliż, tliet Veneżweljan u Niġerjan.
Il-Ministru qal li dawn oriġinaw mit-titjira minn Manchester u tlieta minn Zurich. Tnejn mill-każijiet li oriġinaw minn Zurich kienu persuni fuq l-istess titjira. Il-valur tat-triq tad-droga maqbuda ilaħħaq aktar minn €118,000.