It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union qiegħda toffri l-appoġġ tagħha lill-ħaddiema kollha lokali li ntlaqtu mill-istrajk tal-atturi ta’ Hollywood biex jikkuntattjawha.
Fi stqarrija qalet li strajk li ordnat il-Unjin tal-Atturi barranija SAG-AFTRA lill-atturi ta’ Hollywood fejn hemm mal-160,000 professjonist illi waqfu minn xogħolhom għaliex qed jitolbu pagi u kundizzjonijiet aħjar.
Ingħad li mijiet ta’ membri tal-ekwipaġġ u mijiet oħrajn ta’ extras irċivew ittra li ndikatilhom li għalissa l-produzzjoni internazzjonali “Gladiator 2” ġiet sospiża u ma jafux meta se tissokta.
Dan ifisser li se jisfaw bla xogħol f’daqqa, meta kienu maħsuba biex jaħdmu sa Settembru, meta hemm ħaddiema li ħadu leave fit-tul għal dan il-film, fosthom persuni li daħlu għal dan il-film biex jibnu s-settijiet.