Raġel ta’ 56 sena residenti Wied il-Għajn ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu, bejn Toyota Vitz misjuqa minn Taljan ta’ 24 sena u mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.