Birkirkara FC kien it-tielet u l-aħħar tim Malti fl-azzjoni l-Ħamis filgħaxija meta f’Ljudski Stadium l-stripes irnexxilhom jieħdu draw barra mill-pajjiż fl-ewwel leg tal-ewwel rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League.
Birkirkara kienu dixxiplinati ferm tul il-partita kollha u ċertament ma’ serqu xejn minn dan il-konfront.
L-stripes fil-vantaġġ b’ġmiel ta’ gowl ta’ Paul Mbong fil-31 minuta li b’xutt mid-distanza rnexxilu jpoġġi lill-Birkirkara fil-vantaġġ.
Fil-67 NK Maribor ingħataw penalty xi ftit jew wisq diskuttubli li minnhu Ivan Brnic mill-11 il-metru ma’ żbaljax għal 1 – 1.
Minn hawn il-quddiem l-Sloveni kibru f’dik li hija kunfidenza żda Birkirkara baqaw kompatti u fuq kollox konċentrati sal-aħħar biex mill-partita ħarġu b’rashom mogħlija.
It-tieni leg tintlagħab bħal lum ġimgħa f’pajjiżna.