Fic-Centenary Stadium, Gżira United ġew miżmuma fid-draw ta’ 2 – 2 mit-tim mill-Irlanda ta’ Fuq Glentoran FC fl-ewwel leg tal-ewwel rawnd tal-UEFA Ewropa Conference League.
Il-partita kienet waħda movimentata mill-bidu net tant li wara biss ftit sekondi l-Irlandiżi ngħataw penalty meta Thiaguinho deher imiss il-ballun b’idu żda mill-11 il-metru Uzokwe xeħet għoli. Madankollu ma’ 9 minuta logħob Glentoran FC xorta irnexxilhom imorru fil-vantaġġ grazzi għal Chukwuemka Uzokwe.
Gżira ġabu d-draw man-nofs siegħa logħob meta Jose Wilkson mill-viċin ma’ żbaljax għal 1 – 1 bil-maroons saħansitra jmorru fil-vantaġġ qabel l-intervall permezz tax-xutt fil-baxx ta’ Lucas Macula biex sat-tmiem l-ewwel 45 minuta Gżira daħlu jistrieħu 2 – 1.
Wara tlett minuti fit-tieni taqsima Glentoran FC għamlu l-iskor 2 – 2 meta minn azzjoni veloċi ta’ free-kick Daire O’Conchubhair poġġa l-ballun fix-xibka għal riżultat finali ta’ 2 – 2.
It-tieni leg tintlagħab bħal lum ġimgħa fl-Irlanda preċiżament f’The BetMcLean Oval.